L-iżviluppi li jmiss fil-gwerra ta’ Iżrael mal-Ħamas għandhom jirriżultaw f’konsegwenzi umanitarji devastanti anki waqt li ‘massa tas-suldati’ Iżraeljani qed jinġabru mal-fruntiera ta’ Gaza fuq standby għall-ewwel fażi tal-offensiva ‘kbira’imminenti’ fuq it-terroristi tal-Ħamas.
Fil-fatt, il-Gvern Iżraeljan jidher li se jinsisti bil-politika ta’ ‘zero tolleranza’ fir-rigward tar-residenti ta’ Gaza u meta l-awtoritajiet f’Iżrael qegħdin jgħidu li kull residenza fit-territorju kapaċi tintuża bħala moħba għat-terroristi.
Kwalunkwe offensiva f’Gaza għandha tkun ikkumplikata minħabba li l-Ħamas qegħdin iżommu talanqas 150 ostaġġ Iżraeljani li t-terroristi kienu ħatfu, ġimgħa ilu, waqt ir-rejds brutali f’Iżrael li rriżultaw f’talanqas 1,300 maqtula,.
Intant, Iżrael qed ikompli bl-attakki mill-ajru fuq iz-zoni ta’ Gaza, bil-Ħamas ukoll jisparaw il-missili lejn Ashkelon u bliet Iżraeljani oħrajn.
U minkejja l-istqarrijiet tal-Nazzjonijiet Uniti, l-Iżraeljani mhumiex beħsiebhom inaqqsu l-istat ta’ assedju għal Gaza fejn ir-residenti li għad fadal qegħdin ibatu min-nuqqas akut ta’ ikel, ilma u fuel f’sitwazzjoni li saret dejjem aktar iddisprata.
//= $special ?>