Internazzjonali

Il-Ġermanja: Tfal fost il-mejtin fi traġedja b’minivan pakkjat bl-immigranti

epa10916361 Emergency services work at the scene where at least seven people were killed and several others seriously injured after an accident on the A94 motorway near Waldkraiburg, Bavaria state, Germany, 13 October 2023. At least seven people were killed in the accident in which a vehicle suspected to have been used by smugglers was involved on the route between the Austrian border and Munich in Germany. EPA-EFE/Winfried Ess

Mietu talanqas seba’ persuna, inklużi tfal, wara li minivan ippakkjat bin-nies – x’aktarx li immigranti illegali – inqaleb viċin ta’ Ampfing, fil-limiti ta’ Munich, fl-Istat ta’ Bavarja.

L-indikazzjonijiet huma li l-vettura kienet misjuqa minn traffikant tal-immigranti u meta fil-minivan kien hemm aktar min 20 immigrant, li wħud minnhom sfaw midruba gravi fl-inċident.

It-traġedja seħħet meta s-sewwieq tal-minivan ipprova jevadi lill-pulizija li kienu għassa ma’ roadblock u fejn spiċċa jitlef il-kontroll f’ħin meta l-uffiċjali kienu qed jippruvaw jinterċettaw lill-vettura bil-liċenzja tar-reġistrazzjoni Awstrijaka.

It-traġedja qed tixħet attenzjoni akbar fuq it-traffikar tal-bnedmin lejn l-Ewropa u meta l-pajjiżi Ewropej tal-Lvant u taċ-Ċentru qed jimponu aktar kontrolli mal-fruntieri.

Fl-aħħar ġimgħat kien hemm inċidenti simili f’numru ta’ pajjiżi Ewropej u meta proprju l-Ħamis, mietu talanqas żewġ immigranti meta l-karozza li kienu qed jivvjaġġaw fiha bil-moħbi nqalbet f’zona tal-Ungerija.