Flimkien mal-mexxejja l-oħra fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew, il-Kap tal-PN Bernard Grech iddiskuta l-aħħar żviluppi f’Iżrael u r-reġjun kollu.
Id-diskussjoni ffukat fuq kif l-Unjoni Ewropea għandha r-rwol importanti x’tassumi quddiem sitwazzjoni li qed tiggrava kontinwament. Bernard Grech infurmahom ukoll bid-dikjarazzjoni konġunta tal-Kumitat għall-Affarjiet Barranin u Ewropej.
“L-attakki terroristiċi li saru fuq Iżrael huma kundanabbli, filwaqt li s-sitwazzjoni orribbli ta’ Gaza u l-attakki fuq l-innoċenti ukoll iqajmu tħassib”, stqarr il-Kap tal-PN. “Il-kriżi umanitarja fir-reġjun għandha tingħata wkoll prijorità bil-mexxejja Ewropej ilkoll qed nappellaw għall-waqfien mill-ġlied.”
//= $special ?>