Lokali

Imfakkar il-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila

Ix-xahar ta’ Ottubru huwa marbut mat-twelid u mal-mewt tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila, li twieled f’Ħaż-Żebbuġ nhar it-18 ta’ Ottubru 1871 u miet f’San Ġiljan nhar it-13 ta’ Ottubru 1961.

Illum fil-furjana seħħet ċerimonja fejn isellmet il-memmorja permezz ta’ tqegħid ta’ fjuri fuq il-mafkar tal-poeta mibki Dun Karm Psaila.

Apparti ċ-ċerimonja tal-lum, nhar il-21 ta’ Novembru se tittella’ serata apposta relatata mat-tema taż-żmien fil-Poeżija ta’ Dun Karm. Din is-serata se tittella’ fis-Sala Agatha Barbara, fil-Palazz tal-President, Ħ’Attard.

Matul is-serata se jiġu interpretati siltiet mużikali miktuba apposta mill-kantawtur Mario Debono bis-sehem ta’ CorazonMizzi li wkoll se tmexxi l-istess serata. Apparti minn hekk se jinqraw poeżiji marbuta mat-tema minn PhilipFarrugia Randon u tiġi interpretata poeżija bl-isem “Għal Dun Karm” mill-awtur stess Charles Coleiro.