Irid ikollna viżjoni għal pajjiżna. U dan huwa xogħol il-Gvern, li jippreżenta policy ċara.
Hekk stqarr bla tlaqliq il-President tal-MHRA Tony Zahra meta din il-ġimgħa kien mistieden fuq il-PBS għall-programm ‘Insights’.
Tony Zahra insista li l-Gvern irid jiddeciedi; għaliex issa wasal iż-żmien li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-isplużjoni fil-popolazzjoni. Bil-President tal-MHRA jinsisti li l-ekonomija trid tikber mhux billi iżżid il-popolazzjoni, imma billi iżżid il-produzzjoni.
U minkejja din id-dikjarazzjoni ċara mill-President tal-MHRA, il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri qed jibqa’ jinsisti li l-viżjoni teżisti.
Intant, fuq ix-Xandir Nazzjonali, Tony Zahra spjega kif bħalissa fl-industrija m’hawnx supply ta’ ħaddiema ta’ kwalita – u minn dan, qed ibati l-prodott.
//= $special ?>