Internazzjonali

Iżrael irid li jċaqlaq 1.1 miljun Palestinjan lejn in-nofsinhar ta’ Gaza

Il-Gvern Iżraeljan irid li fl-24 siegħa li ġejjin, mal-1.1 miljun Palestinjan jaħarbu lejn in-naħa t’isfel tal-Medda ta’ Gaza. Dan hekk kif il-militar qed jipprepara invażjoni fit-territorju sabiex jelimina l-militanti tal-Hamas.

In-Nazzjonijiet Uniti qed jgħidu li jekk dan iċ-ċaqlieq enormi ta’ nies iseħħ verament, jaf ikollu konsegwenzi umanitarji “devastanti u katastrofiċi”.

Il-Hamas ħatfu 150 persuna bħala ostaġġi fl-attakki imdemmija tas-Sibt li għadda. U Iżrael wiegħed tpattija bla ħniena għal din l-azzjoni, tant illi stqarr li jrid jgħaffeġ lill-Hamas daqs li kieku kienu l-ISIS.

Intant, illum huwa mistenni jitlaqqa’ b’mod urġenti l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.