“Deċiżjoni ħażina. Pjanar terribbli”.
Hekk ġie deskritt il-proġett tal-Imsida li fl-aħħar jiem kiseb l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar – proġett li għalkemm fuq il-pjanta jidher sabiħ, diġa’ qed jiġbed kritika enormi partikolarment mill-għaqdiet Friends of the Earth, Graffitti u Rota.
Fi stqarrija, dawn l-għaqdiet ikkundannaw l-approvazzjoni tal-proġett tal-Imsida, li ġie deskritt bħala wieħed li għandu nuqqasijiet kbar.
L-akbar kritika hija għall-fat li se tinbena flyover f’nofs in-nies. Dan apparti li l-proġett imur kontra l-wegħda tal-Gvern li jinvesti f’network għaċ-ċiklisti u min juża r-rota.
It-tliet ngo’s qed jappellaw mill-ġdid lill-Gvern biex jinvesti tassew fin-nies tal-Imsida, u fi proġett li jkun verament ta’ ġid għar-residenti u l-komunità kummerċjali.
//= $special ?>