Ekonomija Lokali Turiżmu

“Naħdmu flimkien biex infasslu futur aħjar”

Waqt laqgħa mal-Kap tal-PN Bernard Grech, l-MHRA insistiet illi n-negozji spiċċaw jiddependu fuq impjegati li qed jaħdmu biċ-cheap labour. U dawn jistgħu iħallu impatt negattiv ferm fuq l-ekonomija, tant li dan il-mudell jista’ jwassal għal kollass ekonomiku.

Fir-rigward tas-settur turistiku, l-MHRA qed tħeġġeġ lill-Gvern sabiex ikun aktar sostenibbli u innovativ.

Huma semmew il-problemi fis-sistema ta’ drenaġġ u l-fatt li qed ikollna inċidenti aktar spissi fejn dan il-ħmieġ qed jispiċċa fil-bajjiet tagħna.

F’kummenti li ta lil Net News, il-Kap tal-PN wissa biex il-pajjiż ma jibqax sejjer f’din id-direzzjoni. Hu semma’ ukoll kif fejn jidħol titjib tal-infrastruttura il-Ministri irridu jgħamlu dak li jigħdu u mhux joħorġu bil-proposti sempliciemtn biex jgħalqu ħalq in-nies.

Fil-laqgħa, qamet ukoll diskussjoni dwar l-airmalta fejn MHRA tkellmet fuq l-importanza ta’ pjan fit-tul, ibbażat fuq is-sostenibilita u l-innovazzjoni.

Prezenti għal din il-laqgħa kien hemm id-deputati tal-PN Ivan Bartolo, Jerome Caruana Cilia u Mario de Marco, flimkien mal-kandidata tal-PN għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Miriana Calleja Testaferrata de Noto.