Raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi wara inċident bil-mutur, il-Mosta
Il-każ seħħ għal ħabta tat-08:00 tal-ġimgħa filgħodu, fi Vjal Ragusa, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn Peugeot 2008 misjuqa minn raġel ta’ 35 sena u mutur Honda WW125 misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Imġarr.
Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei fejn ingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.