MALTA…….0
BELĠJU……2
Malta: H. Sacco, O. Spiteri, J. Vassallo, M. Ellul, K. Mohnani (N. Micallef 79′), M Veselji (J. Engerer 79′) A. Zammit (A. Brdidgman 72′), A. Garzia, G. Sciberras (D. Letherby 72′), A. Borg (J. Carbone 86′), K. Bondin.
Belġju: M. Vandevoordt, J. Spileers, K. De Winter, A. Engels, M. Fofana (S. Mbangula 82′), A. Vranckx, L. Stassin (K. Olaigbe 61′), E. Matazo (M. Stroeykens 77′), L. Oyen (O. Sylla 61′), I. Van Der Brempt (H. Siquet 46′), T. Rommens
Referee: Dzmitry Dzmitryieu (Belarus FA).
Fit-Tony Bezzina Stadium il-Ġimgħa filgħaxija, it-Tim Nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena sofra telfa ta’ 2-0 kontra l-Belġju, bil-logħba sal-75 minuta kienet għada fi draw ta’ mingħajr gowls, iżda gowls fil-75 u d-90 minuta taw rebħa lil Belġjani.
Bilanċ assolut fl-ewwel taqsima bejn iż-żewġ timijiet bl-ewwel azzjoni perikoluża tasal mill-avversarji li laqtu l-asta mal-għaxar minuta logħob permezz ta Engels, bir-risposta tal-Maltin tasal man-nofs siegħa logħob minn xutt fil-baxx tal-plejer ta’ Messina Andrea Zammit li spiċċa f’idejn Maarten Vandevoordt.
Fis-37 minuta l-Belġjani jfallu ċans tad-deheb fejn kienet ħarba ta’ Oyen li rnexxielu jaqbeż tliet plejers Maltin u qassam lejn Malick Fofana iżda l-plejer ta’ Gent minn qagħda ideali tefa’ għoli bl-ewwel taqsima tintemm fi draw ta’ 0-0.
Fil-bidu tat-tieni taqsima Fofana reġa’ mar viċin b’xutt perikoluż li sab lil goalkeeper ta’ Malta Hugo Sacco attent li dawwar f’korner.
Siegħa logħob u Malta b’azzjoni tajba bil-protagonista jkun il-plejer ta’ Floriana Alejandro Garzia li wara li ħarab mal-linja daħal fil-kaxxa avversarja iżda x-xutt fil-baxx tiegħu għadda barra.
Iżda fil-75 minuta kienu l-Belġju li marru minn fuq meta kienet azzjoni mibdija minn Rommens li għadda lejn Kazeem Olaigbe li mill-viċin tefa’ wara Sacco.
Il-Belġjani ssiġillaw it-tliet punti fid-90 minuta fejn din id-darba kien free-kick dirett ta’ Arne Engels, bi Hugo Sacco ftit seta’ jagħmel biex jevita dan il-gowl bl-iskor finali fi tmiem il-konfront ikun dak ta’ 2-0 għall-Belġju b’din tkun it-tielet telfa għall-Mata fi Grupp B u t-tieni rebħa għall-Belġju wara li fl-ewwel logħba għelbu lil Kazakhstan 1-0.
//= $special ?>