Waqt Round Table li saret is-Sibt filgħodu mill-għaqda Repubblika ġew diskussi fil-profond l-20 proposta għal Repubblika Nadifa bħala parti mill-attivitajiet marbuta mas-sitt anniversarju mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
L-għan ta’ dawn il-proposti huwa propju sabiex id-demokrazija terġa’ tirrenja f’pajjiżna kif ukoll sabiex pajjiżna jkun jista’ jegħleb l-isfidi emerġenti li illna nafu bihom iżda l-Gvern ta’ Robert Abela qatt ma’ ħa azzjoni fuqhom.
Fost l-isfidi li ssemmew issemmiet l-isfida tal-korruzzjoni…sfida li s-soċjeta qed taraha kullimkien inkluż fil-Gvern ta’ Robert Abela kif ukoll fl-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.
Fil-fatt waħda mill-proposti hija li titwaqqaf aġenzija bir-riżorsi kollha meħtiġa kif ukoll bil-poter li tiġġieled il-korruzzjoni…dan għaliex il-Kummisjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni mhux qed taħdem.
Waqt din id-diskussjoni Repubblika saħqet ukoll fuq l-importanza tal-liġi kontra l-kriminalità organizzata..liġi li tikkriminalizza l-assoċċjazzjoni mafjuża.
Fil-fatt fost il-kelliema kien hemm il-parteċipazzjoni ta Chiara Di Gaetano minn Libera, li hija assoċjazzjoni kontra l-mafja fejn qalet li huwa importanti li l-mafja tiġi kkriminalizzata.
Apparti minn hekk il-proposti xehdu dawl fuq l-importanza ta riforma tal-Parlament biex jingħata l-għodda u l-indipendenza biex jgħasses u jrażżan l-imġieba tal-Gvern kif ukoll li l-Membri Parlamentari jkunu full-time. Għaldaqstant Repubblika saħqet li hemm bżonn bidla fil-kultura ta’ pajjiżna; kultura ta’ legalità kif ukoll tas-sewwa.
//= $special ?>