“Kienu is-sitta ta’ filgħodu. Eżatt wara li spiċċa party kbir għaż-żgħażagħ. U f’daqqa waħda, rajna l-attakk iseħħ quddiem għajnejna”
Hija din it-testimonjanza xokkanti li tat lill-programm NETLIVE żagħżugħa Iżraeljana li rat b’għajneja il-massakru li seħħ nhar is-Sibt li għadda qrib il-fruntiera ma’ Gaza – fejn hi stess esperjenzat lit-terroristi tal-grupp Hamas jisparaw fuq iċ-ċivili.
May Gordon tispjega b’mod mill-aktar emozzjonanti li apparti ħbieb tagħha li inqatlu fil-party, kien hemm ukoll in-nanna adottiva tagħha…li spiccat inħarqet ħajja fl-invazjoni tal-Hamas.
U fl-intervista kien evidenti l-effetti devastanti li ħalliet fuqha din l-esperjenza, hekk kif tenniet li għadha sa issa titried bl-emozzjoni.
//= $special ?>