Internazzjonali

Ikomplu jeskalaw l-attakki fil-medda ta’ Gaza

Tkompli teskala il-Gwerra bejn l-Hamas u l-Israel…hekk kif issa l-Prim Ministru Isralejan Benjamin Netanyahu, stqarr li l-istadju li jmiss f’din il-gwerra qiegħed fil-viċin.

Dan wara li matul il-ġurnata tas-Sibt, konvoy li kien qed iġorr madwar 70 persuna sabiex jaħarbu minn Gaza, ntlaqat waqt attakk mill-ajru….b’kaġun li tilfu ħajjithom minn tal-inqas 12-il persuna, inkluż tfal…li kienu qed jaħarbu sabiex isibu post aktar sigur fejn jistkennu mill-bumbardamenti kontinwi li ħakmu lil Gaza.

Is-6 sigħat għal transportazzjoni sigura taċ-ċittadini ta’ Gaza mit-Tramuntana għan-nofsinhar, għaddew.

U huwa għalhekk li kollox qed jindika li l-Israel qed jippjanaw aktar attakki fuq Gaza, dan hekk kif skada l-ħin għall-evakwazzjoni tal-isptar fil-Belt ta’ Gaza u biex il-Palestinjani jaħarbu mingħajr periklu lejn in-nofsinhar.

Dan kollu filwaqt li l-grupp Hezbollah refa’ r-responsabbiltà ta’ sparar ta’ missili lejn il-forzi Israeljani mal-fruntiera tal-pajjiż, hekk kif ħames villaġġi Israeljani ġew mwissija biex jistkennu mill-forzi militari tal-Libanu, minħabba l-possibbiltà li jinfiltraw. Tant hu hekk, li l-militanti Israeljani jinsabu stazzjonati bit-tanikijiet mal-fruntiera tal-Lebanon, hekk kif qegħdin fuq stat t’allert massimu wara diversi attakki.