Internazzjonali

Iżrael jibda rejds f’Gaza – 120 ċivili qed jinżammu ostaġġi mill-Hamas

L-armata u t-tankijiet Iżraeljani wettqu “rejds lokalizzati” f’Gaza – l-ewwel ħjiel għal attakki fuq l-art. 

Ir-rejds saru biex jattakkaw lill-militanti tal-Hamas u jfittxu informazzjoni dwar il-postijiet fejn qed jinżammu l-ostaġġi li nħatfu minn irġiel armati Palestinjani nhar is-Sibt li għadda.

Din hi l-ewwel darba li l-militar Iżraeljan iddikjara li truppi ta’ l-art qed joperaw mill-Medda ta’ Gaza u daħlu fit-territorju biex jiġġieldu kontra l-ġellieda tal-Hamas u jeqirdu l-armi kif ukoll ifittxu evidenza dwar il-priġunieri. Kmieni s-Sibt filgħodu, il-Forza tad-Difiża Iżraeljana qalet li aktar minn 120 ċivili qed jinżammu ostaġġi mill-Hamas fil-Medda ta’ Gaza. Il-midja Iżraeljana rrapportat li traċċi ta’ nies li sparixxew fl-attakk tal-ġimgħa li għaddiet instabu waqt dawn ir-rejds. 

Il-Hamas minn naħa tagħhom qalu li 70 persuna, l-aktar nisa u tfal, inqatlu f’attakk mill-ajru fuq konvojs li kienu qed jaħarbu mill-Belt ta’ Gaza.