Internazzjonali

Jim Jordan nominat għal ‘Speaker of the House’ fl-Istati Uniti

Ritratt: Reuters

Il-congressman konservattiv Jim Jordan, ġie nominat sabiex ikun elett bħala Speaker of the House f’isem ir-repubblikani fl-Istati Uniti. Dan wara li 10 ijiem ilu, tkeċċa mill-irwol tiegħu l-ispeaker of the house Kevin McCarthy, wara li laħaq ftehim mad-demokratiċi tas-senat biex jiffinanzja lill-Gvern.

B’124 voti favur u 81 vot konra, Jordan ġie magħżul mill-partit sabiex ikun nominat, f’votazzjoni sigrieta li saret l-Ġimgħa li għadda. Minkejja dan, hu qed jaffaċċja oppożizzjoni kbira għal din il-pożizzjoni mill-partit tiegħu stess.

Dan hekk kif, immedjatament wara l-vot, ir-rappreżentanti Repubblikani kellhom it-tieni mozzjoni għan-nominazzjoni ta’ Jordan, li rat 55 membru jivvotaw kontra n-nominazzjoni tiegħu.

Huwa għalhekk li sa issa, ma jidhirx li hemm ċans ċar li hu jitla’ Speaker of the House għalkemm għandu appoġġ mill-ex President tal-Istati Uniti Donald Trump.