Sport Waterpolo

Jingħata bidu għall-Waterpolo Marathon in aid of Special Olympics Malta

Fil-pixxina tan-Neptunes, is-Sibt fil-11:30am, ingħata bidu għall-Waterpolo Marathon in aid of Special Olympics Malta, maratona ta’ 24 siegħa li fiha se jkunu qed jieħdu sehem timijiet tal-Waterpolo minn madwar Malta kollha u ta’ kull età.

Minbarra logħob ta’ Waterpolo, matul dawn l-24 siegħa se jkun hemm varjeta ta’ mużika kif ukoll sessjonijiet ta’ Żumba u Yoga.

Il-Maratona nfetħet b’diskorsi fost oħrajn mill-Kelliema għall-Inklużjoni u l-Volontarjat f’isem il-Partit Nazzjonalista Graziella Galea u mill-Ministru Julia Farrugia.

B’ġest ta’ għaqda fl-isport, swim up sar minn Graziella Galea u Julia Farrugia bl-ewwel partita kienet bejn il-plejers tal-iskwadra Nazzjonali ta’ Special Olympics