L-Awstraljani vvutaw le u rrifjutaw referendum Indiġenu storiku ‘The Voice’.
The Voice, fittxet li tistabbilixxi korp Aboriġina u Torres Strait Islander, dan biex jingħataw pariri lill-Gvern dwar il-kwistjonijiet li jaffettwaw il-komunitajiet tagħhom. Minbarra dan….l-emenda ta’ The Voice fittxet ukoll li tirrikonoxxi l-Aboriġinali u l-Gżejjer tal-Istrett ta’ Torres bħala l-ewwel popli tal-Awstralja fil-kostituzzjoni tagħha.
Din l-emenda sabet Oppożizzjoni minn kampanja oħra, ‘No Campaign’, li qalet li din il-mozzjoni hi waħda radikali u li taqsam il-pajjiż hekk kif, skont din il-kampanja, tagħti lin-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet drittijiet akbar mill-poplu Awstraljan.
Il-mozzjoni The Voice kellha tara l-fuq minn 50% tal-popolazzjoni sabiex tgħaddi, iżda l-għadd tal-voti wera minn kmieni li r-referendum ma għaddiex.
//= $special ?>