Il-Ġimgħa filgħaxija saret quddiesa li fakkret il-memorja tad-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo.
Huwa miet fit-18 t’Ottubru tas-sena li għaddiet fl-età ta’ 67 sena.
Din il-quddiesa kienet organizzata mill-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalisa f’San Ġwann b’kollaborazzjoni mad-Deputati tal-Partit Nazzjonalista Albert Buttigieg u Graziella Attard Previ fejn Arrigo ġie imfakkar bħala politiku li dejjem kien jara kif se jgħin lil dak li jkun.
Apparti x-xogħol imprezzabbli li wettaq matul is-snin fil-politika, Robert Arrigo serva wkoll bħala President tal-club tal-futbol ta’ Sliema Wanderers u qabel kien Sindku ta’ Tas-Sliema. Preżenti għal din il-quddiesa kien hemm mart Robert Arrigo, Marina, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino kif ukoll diversi Deputati tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>