Lokali

Raġel isofri ġrieħi serji wara li waqa’ sular f’Lukanda fil-Qawra

Raġel minn Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ madwar sular f’Lukanda f’Dawret il-Qawra, San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel ta’ 31 sena, kien qed jaħdem fil-lukanda, meta għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu waqa’ sular.

Fuq il-post isejjaħ tim mediku, fejn il-ħaddiem ingħata l-ewwel għajnuna, u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-aktar kura.

Il-Maġistrat tal-Għassa, Victor Axiak ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta hekk kif l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.