Futbol Sport

Rebħa missielta għall-Ukrajna… L-Irlanda ta’ Fuq jirritornaw għar-rebħ wara serje ta’ riżultati negattivi

(RItratt: EPA)

L-Ukrajna kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq il-Maċedonja ta’ Fuq hiex b’hekk saħħew posthom fit-tieni psot tal-klassifika. Huma fetħu l-iskor fit-30 minuta meta d-difensur ta’ Arsenal, Oleksander Zinchencko għadda lejn Georgiy Sudakov li xeħet fix-xibka għal 1-0.
Huma kellhom jistennew sal-aħħar minuta tal-partita biex jassiguraw mit-tliet punti meta kien Oleksander Karavev li kkonkluda fix-xibka għal skor finali ta’ 2-0.
Intant rebħa dominanti ta’ 3-0 għall-Irlanda ta’ Fuq kontra San Marino. Il-gowls waslu permezz ta’ Paul Smyth, Josh Magennis u Conor McMenamin, biex b’hekk waqqfu is-serje ta’ riżultati negattivi għat-tim tagħhom.

Ilbieraħ

Ukrajna v Maċedonja 2-0
Italja v Malta 4-0
Bulgarija v Litwanja 0-2
Ungerija v Serbja 2-1
Irlanda ta’ Fuq v San Marino 3-0
Slovenja v Finlandja 3-0
Danimarka v Kazakhstan 3-1

Illum

Ġorġja v Ċipru 3.00pm
Norveġja v Spanja 8.45pm
Turkija v Latvja 8.45pm
Wales v Kroazja 8.45pm
R. Ċeka v Gżejjer Faroe 6.00pm
Polonja v Moldova 8.45pm
Żvizzera v Moldova 6.00pm
Rumanija v Andorra 8.45pm