Is-Sibt filgħodu saret konferenza mill-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Foster Care Malta fejn ġie diskuss l-għarfien ta’ kif it-trawma li jkunu għaddew minnha t-tfal taffettwa l-mod kif it-tfal jaġixxu mal-ġenituri bijoloġiċi tagħhom.
U għalhekk l-impatt mi-trawma jista’ jinfluwenza l-iżvilupp ta’ dawn it-tfal u huwa importanti li dawk responsabbli mill-kura tagħhom jgħinuhom jegħlbu dawk id-diffikultajiet u jevitaw li jippreżentawlhom sitwazzjonijiet li jistgħu jkunu meqjusa mit-tfal ta’ theddida għall-istabbilta’ taghħhom.
F’kummenti ma’ Net News il-President tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Foster Care Paul Gatt spjegalna aktar is-suġġet li ġie magħżul għal din il-konferenza.
Net News tkellem ukoll ma’ omm li qed tiffosterja fejn saħqet fuq l-importanza li tgħin lill-tfal li għandhom bżonn stabbilta’ f’ħajjithom.
Il-President tal-Assoċjazzjoni saħaq li l-iskop tal-assoċjazzjoni huwa li tkun ta’ vuċi għal-dawk it-tfal li ma jistgħux jgħixu mall-ġenituri bijoloġiċi imma qegħdin jingħataw sapport u kura barra mid-dar mal- foster carers.
Fil-fatt il-missjoni tal-assoċjazzjoni hija li jaħdmu ma’ dawk kollha involuti fil-fostering sabiex jiksbu l-aħjar riżultati għat-tfal u ż-żgħażagħ.
Hawnhekk, Paul Gatt appella li f’pajjiżna hemm bżonn ta’ foster carers għaliex hemm tfal li qegħdin ibatu.
//= $special ?>