Il-kumment tad-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Fearne irċieva baraxx ta’ kritika .. dan għaliex skont hu “f’pajjiżna qatt ma kellna ħajja tajba daqs illum”
Wieħed minn dawk li kkritikaw dan il-kumment kien il-Kap tad-Dipartiment tal-Public Policy fl-Università ta’ Malta – Mario Thomas Vassallo, f’intervista waqt il-programm Net Live.
Huwa insista li dak li qal Fearne – kien pjuttost fieragħ u bla bażi.
“Jien nemmen li dak li qal Chris Feare huwa kumment ta’ zattat – Fejn hi ir-riċerka?“
Filwaqt li stqarr li f’pajjiżna hawn ix-xogħol, Vassallo argumenta li minkejja dan..il-kwalità tal-impjiegi battiet.
Dwar il-kwistjoni tal-inflazzjoni, Mario Thomas Vassallo qal li din il-pjaga dejjem qed tiżdied u sfortunatament s’issa għadna bla direzzjoni u ma nafux kif se nindirizzawha.
“Il-Ministru tal-finanzi diga beda jixħet il-botti li l-kumpens tal-Gvern ma jistax jibqa’ għal dejjem. Din il-kwistjoni tal-inflazzjoni mhux uġiegħ ta’ ras biss imma se ssir emigranja.”
Huwa insista li l-Budget li ser jitħabbar fl-aħħar ta’ dan ix-xahar għandu jagħti indikazzjoni reali ta’ kif il-mudell ekonomiku jista’ jinbidel filwaqt li appella lill-Gvern tal-Labour sabiex iħares l-interessi taż-żgħir.
//= $special ?>