Wara li s-Sindku tal-Gzira Conrad Borg Manche rreżenja mill-Partit Laburista għaliex fi kliemu stess “ma’ felaħx aktar”, kien hemm klikka żgħira ta’ bies illi għajjruħ traditur, bis-Sindku innifsu jispjega kif matul is-snin il-Partit Laburista inbidel, u ma baqax bit-twemmin soċjalista tiegħu li jaħdem għaż-żgħir. U għalhekk ma kellux triq oħra ħlief li jirriżenja.
B’reazzjoni għal dawn il-kummenti minn partitarji Laburisti stess, Conrad Borg Manche ħass li kellu jippubblika l-aħħar messaġġ li bagħat lill-Prim Ministru Robert Abela, fejn fl-aħħar jiem, għal ħabta ta’ nofsilejl, Robert Abela stieden lill-eks Sindku Laburista għall-kafe’ sabiex jiddiskutu l-ittra tar-riżenja tiegħu. Dan wara li Borg Manche kien ilu xhur sħaħ jiġi injorat; bil-Prim Ministru jagħżel li jikkuntatajah issa – f’nofs il-lejl u ħdax-il minuta.
Fil-messaġġ tiegħu mibgħut lill-Prim Ministru, is-Sindku tal-Gzira – li illum sar Sindku indipendenti – insista li jkun aħjar li kieku isir diskussjoni bis-serjetà dwar ċertu kwistjonijiet li qed jolqtu direttament lin-nies u li qed ikunu ta’ detriment għall-poplu Malti, milli jiddiskutu l-ittra tar-riżenja tiegħu mill-Partit Laburista – bħal per eżempju il-permess dwar il-proġett tal-ġnien fil-Gżira, il-liġi tal-Familja, u n-numru ta’ suwiċidji li qed nisimgħu bihom ta’ kuljum f’pajjiżna.
Conrad Borg Manche insista li fl-aħħar xhur għajja jisħaq u jiġri wara l-Partit Laburista sabiex isir xi ħaġa, iżda sal-lum il-ġurnata ma sar assolutament xejn minn dak li kienu tkellmu dwaru – evidenza ċara li Abela jitkellem biss, u ma jieħux azzjoni.
Fl-istess post fuq il-media soċjali, Conrad Borg Manche insista li hu ma rriżenjax biex jakkwista xi ħaġa mill-partit iżda għamel li għamel għall-poplu Malti u Għawdxi.
U fi kliemu, dejjem ħadem sabiex il-poplu jkun jaf il-verità. Iżda sal-llum, il-Prim Ministru għadu fil-muta għaliex qas indenja ruħu jirrispondi l-messaġġ ta’ Conrad Borg Manche.
//= $special ?>