Fl-indirizz tagħha waqt attivita organizzata mill-Partit Nazzjonalista f’Birkirkara, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Claudette Buttigieg fakkret f’avveniment li seħħ 44 sena ilu, fejn il-Partit Laburista prova jeqred id-demokrazija ta’ pajjiżna, meta nħarqet il-binja tat-Times of Malta – jum li baqa’ magħruf bħala Black Monday.
Il-Partit Nazzjonalista qatt ma baxxa rasu għall-vjolenża, u dakinhar mill-istamperija tal-Partit Nazzjonalista, l-edizzjoni tat-Times of Malta ta’ dakinhar ħarġet xorta waħda.
Hi fakkret kif fl-istess jum iswed, il-familja ta’ Eddie Fenech Adami kienu vittmi ta’ attakk bla preċedent, fejn il-Partit Laburista pprova jbeżżahom; iżda baqgħu sodi quddiem il-vjolenza.
Id-deputat Nazzjonalista fakkret fil-qtil mafjuż tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li seħħ sitt snin ilu. Omm, bint u oħt, li l-arma tagħha kienet il-pinna li biha kixfet il-ħażen tal-Gvern Laburista. Il-Partit Laburista ħaseb li billi joqtol ġurnalista il-pajjiż ser jaqa fis-skiet. Iżda l-poplu baqa’ jiġġieled, tant li ħoloq moviment nazzjonali li waqqa’ l-Gvern ta’ Joseph Muscat, u li hemm ċans iwaqqa’ l-gvern ta’ Robert Abela ukoll.
Claudette Buttigieg qalet li l-PN hu l-partit li fuqu se “tinbena l-viżjoni għall-futur ta’ pajjiżna” filwaqt li sostniet li l-Partit Laburista sar organizazzjoni kriminali bil-barka tal-Prim Ministru stess.
Hi sostniet it-tama tagħha lejn il-PN u dddeskriviet lil PN bħala l-unika forza li tista ssalva lil pajjiżna mill-impunita’, u li b’umilta’ jista jkun is-soluzzjoni meħtieġa għal pajjiżna u jerġa’ jsir protagonista għas-sewwa.
Il-Partit Laburista qatt mhu ser ikun jista joffri diċenza, u qatt mhu ser jista jkun is-soluzzjoni ta’ pajjiżna.
Hi temmiet id-diskors tagħha billi sostniet li l-PN immexxi min Bernard Grech hu s-soluzzjoni għal pajjiżna.
//= $special ?>