Lokali

“Il-PN hu partit maqgħud, gvern alternattiv u kapaċi jikseb riżultati pożittivi” – Alex Borg

Fid-diskors li għamel waqt attivita politika f’Birkirkara, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Alex Borg beda billi irringrazzja lil Eddie Fenech Adami, bniedem li irrefera għalih bħala pilastru tal-Partit.

Alex Borg għamel referenza għal dak li jisma mingħand iż-żagħżagħ li jkellmuh, l-anzjani li jiltaqa’ magħhom waqt il-house visits, kif ukoll ħaddiema waqt ix-xogħol, li kollha jsostnu l-istess punt – li l-kwalita’ tal-ħajja marret il-baħar u li naqsu b’mod drastiku l-opportunitajiet biex tikber. Hu semma kif waqt il-housevisits jaffaċja diversi problemi soċjali u ekonomiċi li jaffaċċjaw ħafna persuni… realtajiet li l-Gvern Laburista ikompli jaħbi.

Hu semma kif il-Gvern Laburista m’għandux viżjoni u li hu bla boxxla, u staqsa fejn marru l-investimenti tal-Gvern – investimenti li l-Partit Laburista saħaq li nefaq miljuni fuqhom.

Sostna wkoll il-punt li 77% tal-Maltin ma jemmnux li l-Gvern qed jieħu bis-serjeta t-tibdil tal-klima, fejn irringrazzja lil Membru Parlamentari Eve Borg Bonello għax xogħol tagħha.

Bħala avukat fis-settur finanzjarju, hu sostna li dan is-settur kruċjali ħa daqqa kbira meta Malta ġiet greylisted, u anke issa li Malta m’għadiex fil-lista, dawn l-effetti għadhom jinħassu.

Hu semma wkoll il-korruzzjoni fis-settur tal-films, li għal dan irringrazzja lil Membru Parlamentari Julie Zahra għax-xogħol tagħha sabiex tikxef dan il-korruzzjoni, filwaqt li semma wkoll kif is-sistema edukattiva ta’ pajjiżna spiċċat, hekk kif saret reattiva minflok proattiva, u għal dan iringrazzja lil Membru Parlamentari Justin Schembri għal-xogġolu fis-settur tal-edukazzjoni.

Fid-diskors tiegħu fakkar fis-serq li sar f’Għawdex dawn l-aħħar ftit ġranet, u semma kif is-sigurta ta’ Malta ġiet mgħedda minħabba l-Gvern, u li l-Maltin m’għadhomx iħossuhom siguri.

Hu temm id-diskors billi fakkar fir-riżultati pożittivi li ħarġu mis-surveys, u semma kif minkejja dawn huma riżultati ta’ dan il-mument, dan jagħti lil Partit Nazzjonalista sabiex ikompli jaħdem, hekk kif il-poplu jinsab imxebba mill-Gvern Laburista. Hu rrefera għal Partit Nazzjonalista bħala partit maqgħud, gvern alternattiv u kapaċi jikseb riżultati pożittivi.