Futbol Sport

Is-South End Core jitlob li tinġarr ir-responsabbiltà

Is-South End Core qed titlob li tinġarr ir-responsabbiltà wara l-wirjiet mit-tim nazzjonali Malti matul il-partiti ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2024 fejn it-tim Malti tilef kull partita u skorja biss gowl wieħed.

Fl-istess stqarrija maħruġa wara t-telfa ta’ 4-0 f’Bari kontra l-Italja, huma żiedu jgħidu li minkejja li konxiji mil-limitazzjonijiet tat-tim Malti dak li seħħ taħt it-tmexxija tal-kowċ Devis Mangia jidher li sfaxxa fix-xejn taħt it-tmexxija ta’ Marco Marcolini. Huma saħqu jgħidu li s-sena d-dieħla hija waħda importanti ferm hekk kif l-unika għan huwa li t-tim Malti jikseb il-promozzjoni għal-Legue C fil-UEFA Nations League.

Is-South End Core, ħeġġew lill-partitarji biex nhar it-Tlieta jitilgħu l-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali fejn Malta se tkun qed tilgħab kontra l-Ukrajna.