Joe Bartolo magħruf bħala “il-Babbakku” – midħla sew fid-dinja tal-isport tat-tiġrijiet taż-żwiemel lokali huwa r-raġel li l-Ħadd filgħodu nqatel fil-Marsa permezz ta’ daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.
Sorsi li tkellmu mas-sit online talk.mt spjegaw li mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-argument nibet is-Sibt filgħaxija wara li allegatament il-vittma ta’ 73 sena kellu diżgwid mal-allegat aggressur, ta’ nazzjonalità barranija, rigward xi ħlas ta’ kera.
L-istess rapporti spjegaw li allegatament is-Sibt filgħaxija l-vittma keċċa lil xi persuni li kienu joqgħodu f’parti mir-razzett tiegħu fil-Marsa.
Sorsi li tkellmu ma’ talk.mt spjegaw li meta l-Ħadd filgħodu Bartolo rritorna fir-razzett sabiex jipprepara xi żiemel, huwa kien aggredit mill-barrani u sfortunatament inqatel fil-post.
Ġie rrapportat ukoll li l-vittma l-oħra, mara ta’ 56 sena, ma kinitx involuta direttament fl-argument – madanakollu allegatament malli rat ix-xena quddiem għajnejja nħakmet minn paniku…u l-aggressur, allegatament ħebb għaliha wkoll.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>