Futbol Sport

Kampjonat tal-Veterani: Rebħiet dominanti minn Gżira u Luxol

Gżira United u Luxol komplew bis-serje pożittiva tagħhom fil-Veterans Malta Football Association Cisk Premier League.

Luxol kisbu rebħa kbira ta’ 5-0 kontra Żurrieq Wolves b’gowls minn Michael Borg Olivier, Mauro Camoranesi, Michael Galea, Luke Satariano u Paul Murphy.

Gżira United Veterans kellhom rebħa kbira ta’ 10-3 fuq Birkirkara St Helen’s. Ian Zammit skorja erba’ gowls, Alex Muscat skorja hat-trick filwaqt li Jamie Pace, Jonathan Pearson u Dino Cachia skorjaw gowl kull wieħed għal Gżira. Joseph Chetcuti, Firas Aboulezz u Kevin Sammut skorjaw it-tliet gowls ta’ Birkirkara St Helen’s.

Iċ-champions Malta Football Players Association ġew miżmuma fi draw ta’ 4-4 minn Rabat Veterans li fl-ewwel partita kienu tilfu kontra Birkirkara. Tlett gowls minn Aleksandar Ribic u Branko Nisevic għal Malta Football Players Association filwaqt li Rabat Veterans skorjaw darbtjen Adam Smeir u gowl kull wieħed minn Timothy Zammit u Dylan Falzon.

Hibernians kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara skor ta’ 4-2 kontra Żejtun Red Stars. Leandros Calleja skorja tlett darbiet għal Hibernians u gowl minn Mauro Brincat filwaqt li Pierre Spiteri u David Camilleri skorjaw għal Żejtun Red Stars.