It-tim Arġentin għamilha għas-semi finali tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby wara li għelbu lil Wales fil-kwarti finali bl-iskor ta’ 17-29.
Wales kellhom bidu mill-aqwa b’vantaġġ ta’ 10 punti qabel l-Arġentina irrispondew b’erba’ penalties minn Emiliano Bofffelli.
Tomos William reġa’ tefa’ lil Wales fil-vantaġġ qabel żewġ tries minn Joel Sclavi u Nicolas Sanchez aċċertaw mir-rebħa għat-tim Arġentin.
Fil-kwarti finali l-oħra, l-Irlanda, in-numru wieħed fir-rankings mondjali tar-Rugby sfaw eliminati mill-All Blacks 24-28 f’partita oħra mill-aktar missielta biex issa fis-semi finai jiltaqgħu kontra l-Arġentina nhar il-Ġimgħa fis-7pm
Ilbieraħ
Irlanda 24-28 New Zealand
Wales 17-29 Arġentina
Illum
Ingilterra v Fiji 5.00pm
Franza v Afrika t’Isfel 9.00pm