Ingilterra……………..30
Fiji…………………………24
F’partita miftuħa għal kull riżultat, rimonta minn Fiji fit-tieni taqsima bl-iskor ta’ 24 – 24 kien lejn it-tmiem li grazzi għal Owen Farrell l-Ingilterra għaddiet għas-semi finali. Bl-Ingilterra fuq l-offensiva għalqet l-ewwel taqsima 21-10 fil-vantaġġ b’żewġ tries minn Manu Tuilage u Joe Marchant flimkien ma’ conversion u tlett penalties ta’ Owen Farrell. Għal Fiji try minn Viliane Mata flimkien ma conversion u penalty magħmula minn Frank Lomani. Fl-54 minuta minn penalty Farrell għamel l-iskor 24 – 10.Try u conversion għal Fiji minn Reni Ravai u Simione Kuruvali bl-iskor isir 24-17. Fiji fuq l-offensiva fejn try ta’Vilimoni Botitu u conversion minn Kuruvali l-iskor sar 24 – 24. Madankollu penalty u drop goal ta’ Owen Farrell poġġew lil Ingilterra 30 -24 fil-vantagg. Riżultat li baqa’ l-istess sa tmiem il-partita.
Franza………………..28
Afrika t’Isfel……….29
F’partita bilanċjata f’Pariġi, Franza kienu eliminati mit-Tazza tad-Dinja meta fil-kwartifinali kienu megħluba 29-28. Wara li fl-ewwel taqsima kienu fil-vantaġġ 22-19, l-Afrika t’Isfel irnexxielhom idawru r-riżultat favur tagħhom u b’hekk dawru l-iskor.
//= $special ?>