L-Iskozja rnexxielhom jikkwalifikaw għall-Euro 2024 wara li n-Norveġja tilfet kontra Spanja bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl li ddeċieda dan il-konfront wasal fid-49 minuta permezz ta’ Gavi wara li aktar kmieni fil-partita Alvaro Morata kellu gowl imħassar permezz tal-VAR.
Wales kisbu rebħa importanti fi Grupp D f’partita diretta kontra l-Kroazja meta kisbu għelbuhom 2-1. Il-partita żvolġiet fit-tieni taqsima meta żewġ gowls ta’ Harry Wilson poġġew lil Wales 2-0 fil-vantaġġ qabel ma kwarta mit-tmiem kien Mario Pasalic li naqqas l-iskor għall-Kroazja bil-partita tintemm bl-iskor ta’ 2-1.
Mill-istess grupp, it-Turkija aċċertaw post mill-Euro 2024 wara li għelbu lil-Latvja 4-0. Il-gowls għat-Torok kienu skorjati minn Yunus Akgun, doppjetta ta’ Cenk Tosun u gowl ta’ Kerem Akturkoglu.
Draw spettakolari ta’ 3-3 bejn l-Iżvizzera u l-Belarus fi Grupp I biex issa f’dan il-grupp kollox għadu miftuħ wara li Iżrael ma lagħbux minħabba s-sitwazzjoni preżenti f’dan il-pajjiż. L-Iżvizzera fil-vantaġġ permezz ta’ Xherdan Shaqiri bil-Belarus idawru r-riżultat favur tagħhom b’gowls ta’ Max Ebong, Denis Polyakov u Dmitri Antilevski. L-Iżvizzedra rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs lejn it-tmiem b’gowls ta’ Manuel Akanji u Zeki Amdouni.
//= $special ?>