Illum fil-5.15 pm fuq Net Television jixxandar it-tieniprogramm SPORT EXTRA fis-26 edizzjoni konsekuttiva tal-programm dejjem bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.
It-tema ewlenija fil-programm se jkun ir-Rugby League li matul l-aħħar xhur kompla bir-riżultati pożittivi f’partiti internazzjonali. Fl-ewwel parti tal-programm, intervisti ma’ KYLE GAUCI wieħed mill-plejers żgħażagħ li qed jikseb esperjeza fit-tim Nazzjonali, il-kowċ tat-tim Nazzjonali PHIL HUMPHREY kif ukoll mat-tim manager ANTHONY MICALLEF li jibqa’ sinonmu ma’ dan l-isport wara li aktar minn 20 sena ilu introduċa dan l-isport f’pajjiżna.
Fit-tieni parti tal-programm intervista esklussiva għal SPORT EXTRA ma’ wieħed mill-aqwa plejers ta’ kull żmien ta’ fama internazzjonali ta’ dixxendenza Maltija JERROD SAMMUT li bl-esperjenza tiegħu qed ikun ta’ kontribut għat tim Nazzjonali .
Fil-programm hemm ukoll ir-rubrika ‘Ġimgħa ta’ Sport’ b’servizzi dwar dak li seħħ fl-aħħar ġranet.
Sport Extra għandu preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u cameraperson Liam Briffa.
//= $special ?>