Internazzjonali

Terremot ieħor jolqot il-Punent tal-Afganistan

Fl-aħħar siegħat terremot ieħor laqat il-punent tal-Afganistan.

Dan it-terremot kellu qawwa ta’ 6.3 fuq l-iskala rechter, bl-epiċentru tiegħu ikun viċin il-belt ta’ Herat.

Sfortunatament, żewġ terremoti oħra li laqtu l-Afganistan fl-aħħar jiem qatlu iktar minn elf persuna. B’rapporti tan-Nazzjonijiet Uniti jgħidu li l-maġġoranza tagħhom kienu tfal u nisa.

S’issa għadhom ma ġew rappurtati l-ebda mwiet kawża ta’ dan l-aħħar terremot.