Sport Sport Ieħor

Weightlifting: Suċċessi minn weightlifters Maltin fis-Slovenja

Fil-European Weightlifting Union Cup li qed issir f’ Ljubljana, Slovenja aktar suċċessi minn weightlifters Maltin.

Kim Camilleri Lagana rebħet u ddominat il-kategorija ta’ Taħt il-15-il sena. Refgħet 59 kilo fis-snatch u midalja tad-deheb b’76 kilo fil-Clean and Jerk b’total ta’ 228 punt. Minkejja li ma kkompetiietx fil-kategorija taħt is-17-il sena xorta temmet fl-ewwel post fost 15-il atleta b’10 punti aktar mill-weightlifter Rumena.

Aaliyah Gatt, fl-istess grupp refghet total ta’ 126 kg fejn kisbet 185 punt. Nathan Mifsud fil-kategorija ta’ taħt il-15-il sena refat 128 kg b’body weight ta’ 47 kilo fejn kiseb 239 punt.

Fil-kategorija ta’ taħt is-17-il sena Kaya Curmi għamlet 50 kg fis-snatch u 64 clean and Jerk għal total ta’ 186 punt.

Fit-tieni ġurnata ta’ kompetizzjoni rekord nazzjonali fil-kategorija 64 kg minn Tenisha Thornton fejn minkejja li falliet fil-clean & jerk refgħet 86 kilo fis-snatch fejn bħalissa għaddejja bit-taħriġ għal Kampjonati tad-Dinja fil-Messiku.

Fil-kategorija taħt it-17-il sena Rylee Borg temm fil-ħames post minn 11-il weightlifter meta għamel 108 kg fis-snatch u 138 kg fil-clean & jerk għal total ta’ 246 kilo.

Mariah Grima għamlet 51 kg fi snatch u 76 kg fil-clean & jerk għal total ta’ 176 punt filwaqt li Rheanna Briffa kisbet 178 punt wara 50 kg fis-snatch u 70 kg fil-clean & jerk.