Lokali

Żagħżugħ ta’ 18 il-sena bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku

Ġuvni ta’ 18-il sena weġġa’ gravi wara inċident bejn żewġ karozzi f’Ħad Dingli.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-02:15 tal-Ħadd filgħodu, fi Triq ir-Rabat, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn VW Polo misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti Marsaskala u Alfa Romeo Giulietta misjuqa minn ġuvni ta’ 18-il sena residenti Ħad-Dingli.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadet liż-żewġ xuffiera l-Isptar Mater Dei fejn inatgħu l-kura meħtieġa. Aktar tard il-ġuvni kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief u l-mara bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin.