Lokali Parlament

533 rapport ta’ suwiċidju u 125 każ bejn l-2019 u l-2023


Jirriżulta li l-ammont ta’ rapporti ta’ suwiċidji bejn l-2019 u l-2023 kien ta’ 533 waqt li fl-istess perjodu seħħew 125 suwiċidju.


Id-deputat Nazzjonalista Ian Vassallo Hagi staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza jgħid kemm daħlu rapporti ta’ attentati ta’ suwiċidji u kemm daħlu rapporti ta’ suwiċidji lill- Pulizija bejn l-2019 u l-2023 .


Il-Ministru Byron Camilleri wieġed li fl-2019 kien hemm 94 rapport ta’ suwiċidju u seħħew 21 suwiċidju, fl-2020 kien hemm 127 rapport u seħħew 22 suwiċidju, fl-2021 kien hemm 102 rapport u seħħew 34 suwiċidju, 2022 kien hemm 111 rapport ta’ suwiċidju u seħħew 24 każ waqt li sad-9 ta’ Ottubru 2023 kien hemm 999 rapport u seħħew 24 suwiċidju.