Serata ddominata minn attakk terroristiku li seħħ fi Brussell, fejn waslet biex il-partita bejn il-Belġju u l-Iżvezja tiġi abbandunata fi tmiem l-ewwel taqsima bil-plejers jirrifjutaw li jkomplu jilagħbu wara li saru jafu b’dak li kien qed iseħħ, bl-iskor sa dak il-ħin ikun ta’ 1-1.

Mill-istess grupp, l-Awstrija kisbu l-kwalifikazzjoni b’rebħa ta’ 1-0 kontra l-Azerbaijan bil-gowl jasal fit-48 minuta permezz ta’ penalty ta’ Marcel Sabitzer.
Minn Grupp B, rebħa fl-aħħar ħin għall-Olanda fuq il-Greċja bil-gowl jasal fit-93 minuta minn Virgil Van Dijk. Minn naħa l-oħra, l-Irlanda kisbu rebħa faċli ta’ 4-0 kontra Ġibiltà.
Minn Grupp J, il-Portugall kisbu rebħa faċli bl-iskor ta’ 5-0 kontra l-Bosnija. Il-gowls kienu skorjati minn doppjetta ta’ Cristiano Ronaldo u gowl kull wieħed minn Bruno Fernandes, Joao Cancelo u Joao Felix.
L-Iżlanda kisbu rebħa komda ta’ 4-0 fuq Leichtenstein filwaqt li l-Islovakkja kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra l-Lussemburgu
//= $special ?>