Lokali Qorti

Futboler jammetti li pprova juża karta tal-identità falsifikata biex jivvjaġġa

Futboler tal-Ginea ammettali pprova jivvjaġġa barra minn Malta permezz ta’ karta tal-identità falsifikata. Desire Koiba ta’ 24 sena, li joqgħod Ħal Għaxaq, ammetta li ffalsifika dokument, kif ukoll li kellu u li uża d-dokument falsifikat.

Liebes ġakketta bil-logo tal-Malta Football Association, Koiba, li sa ftit ilu lagħab ma’ Vittoriosa Stars ġie arrestat wara li pprova juża dokument falz biex jivvjaġġa minn Malta. Meta mistoqsi mill-qorti, Koiba ikkonferma li bħalissa hu mpjegat.

L-Ispettur Hubert Gerada rrimarka li l-akkużat kien ipprova jivvjaġġa barra mill-pajjiż lejn pajjiżi oħra ta’ Schengen bl-użu tad-dokument falsifikat. L-avukat difensur Joseph Brincat, li jassisti bħala għajnuna legali, qal li l-akkużat kellu r-responsabbiltà.


Il-piena f’każijiet bħal dawn hija sentenza ta’ ħabs effettiva ta’ sitt xhur ħbs. Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Maġistrat Abigail Critien ħalliet il-każ għal sentenza għal 25 ta’ Ottubru li ġej. Huwa se jinżamm arrestat sa l-għoti tas-sentenza.