Proposta tal-Oppożizzjoni mressqa mill-Kap tal-PN Bernard Gerch biex jitwaqqaf kumitat parlamentari dwar il-ġurnaliżmu u l-libertà tal-espressjoni ma kinitx aċċettata mill-gvern.
Din il-mozzjoni tressqet fis-seduta parlamentari tal-lum mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li fakkar li llum hu s-sitt anniversarju mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li minkejja l-konklużjoni tal-inkjesta dwar il-qtil ta’ Caruana Galziia li pproponiet riformi fil-ġurnaliżmu u fil-libertà tal-espressjoni, il-gvern baqa’ m’għamel xjen konkret.
Hu qal li l-PN qed jipproponi komuni parlamentari konġunt dwar kif dan jista’ jitwettaq u staqsa jekk il-gvern hux se jaqbel ma’ din il-mozzjoni biex jitwaqqaf dan il-kumitat. Dan biex il-parlament jibgħat messaġġ favur id-demokrazija u l-ġurnaliżmu.
Il-Whip tal-Gvern Andy Ellul qal lil-Kap tal-Oppożizzjoni għandu juri ftit rispett lejn il-proċeduri tal-parlament għaliex il-ġimgħa li għaddiet fil-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra, l-Oppożizzjoni, ma semmiet xejn dwar din il-mozzjoni. Il-Whip Labruista qal li l-Oppożizzjoni qed tipprova toħloq konfront għaliex hemm ftehim bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni dwar meta jitressqu l-mozzjonijiet u l-abbozzi.
Il-Whip Laburista qal li l-parlament m’għandu jiddiskuti skont il-proċeduri u m’aċċettax li issir din id-diskussjoni.