“Il-kuraġġ straordinarju li wriet Daphne għadu sal-lum isaħħaħ lill-eluf ta’ Maltin u Għawdxin fil-ġlieda għall-verità.”
Dan sostnieh il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’post fuq il-midja soċjali hekk kif qed jitfakkar is-sitt anniversarju mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Bernard Grech saħaq li bis-saħħa ta’ Daphne Caruana Galizia bdiet mixja li wasslet għal bidliet kbar f’pajjiżna dan hekk kif il-verità li kixfet Daphne għadha ttiha raġun sal-lum.
Huwa saħaq li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jkun forza b’saħħitha għall-verità u għall-ġustizzja.
//= $special ?>