Lokali Qorti

Il-limitu ta’ perjodu ta’ ħames snin għar-ritorn ta’ propjetà ta’ kumpaniji hija antikostituzzjonali

Deċiżjoni reċenti minn qorti ta’ ġurisdizzjoni kostituzzjonali tista’ twassal għal għadd kbir ta’ talbiet għar-ritorn ta’ proprjetà meħuda mill-Gvern minn azzjonisti ta’ kumpaniji li tneħħew mil-lista uffiċjali tal-kumpaniji.

L-Imħallef Toni Abela, li jippresiedi l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni Kostituzzjonali tagħha ta sentenza importanti fit-12 ta’ Ottubru, fil-każ imressaq minn Carmel Cortis kontra l-gvern, l-MFSA u r-Reġistratur tal-Kumpaniji.

Skont l-Att dwar il-Kumpaniji, meta kumpanija tkun inattiva u tkun waqfet tinnegozja jew tippreżenta prospetti mar-Reġistru tan-Negozju ta’ Malta, ir-Reġistratur tal-Kumpaniji jagħmel proċedura biex ineħħiha mir-reġistru.

Meta kumpannija inattiva titħassar mir-Reġistratur l-assi kollha li setgħu kienu tal-kumpanija jintilfu favur il-gvern u jsiru proprjetà tal-gvern. Il-liġi toħloq ukoll tieqa ta’ ħames snin li fiha wieħed jista’ jitlob li l-kumpanija terġa’ titwaqqaf sabiex tipprova jieħu lura l-proprjetà li kienet tal-kumpanija.

Jekk din il-proċedura ma tiġix ippreżentata f’dak il-perjodu ta’ ħames snin, din se tfalli u l-kumpanija titqies li tħassret b’mod permanenti u l-proprjetà tagħha mitlufa b’mod permanenti lill-gvern. Imma issa għall-ewwel darba, qorti ta’ ġurisdizzjoni kostituzzjonali ddikjarat dik il-liġi mhux kostituzzjonali u ddeskrivietha bħala drakonjana u sproporzjonata.

“Fil-fatt ċertament mhux biss u wisq inqas, proporzjonali, li, għaliex l-atturi jeħtieġ jirregolaw il-pożizzjoni tagħhom mar-Reġistratur tal-Kumpaniji billi jippreżentaw id-dokumenti meħtieġa u/jew billi jħallsu somom żgħar għal ħlasijiet amministrattivi u penali għal preżentazzjoni tard, qed jiġu mċaħħda minn u jitilfu propjetajiet li jiswew mijiet ta’ eluf ta’ ewro u għalhekk ferm aktar minn dak li għandhom lir-Reġistratur tal-Kumpaniji,” qal l-Imħallef Abela.

L-Imħallef iddeċieda li kif inhi l-liġi, qed tikser id-dritt fundamentali tal-proprjetà, mhux biss iddikjarat li l-liġi hija antikostituzzjonali iżda ordnat ukoll li l-kumpanija inkwistjoni terġa’ titqiegħed fir-reġistru u l-proprjetà tagħha terġa’ tingħatalu lura.

Professjonisti legali jistennew li s-sentenza jkollha ramifikazzjonijiet kbar, peress li kull persuna li tilfet il-proprjetà lill-gvern minħabba l-iskadenza tat-tieqa ta’ ħames snin, issa tista’ tkun mistennija li tippreżenta kawżi kostituzzjonali għar-ritorn tal-proprjetà tagħha, fid-dawl tal- fatt li l-liġi li tipprekludihom milli jagħmlu dan qabel kienet iddikjarata antikostituzzjonali. L-avukati Chris Cilia u Timothy Bartolo rrappreżentaw lill-atturi.