Lokali Parlament

Iżrael għandu dritt jiddefendi lilu nnifsu iżda l-Ħamas m’humiex il-Palestinjani kollha


Beppe Fenench Adami, PN


Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal fil-parlament li Iżrael għandu dtitt jiddefendi lilu nnifsu iżda l-Ħamas m’humiex il-Palestinjani kollha u l-Palestinjani m’humiex il-Ħamas.


Din il-pożizzjoni d-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami esprimieha meta kien qed jitkellem fil-parlament wara stqarrija ministerjali tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani.

F’dan id-dibattitu tkellmu wkoll diversi d-deputati tal-gvern u d-deputat Nazzjonalista Mario de Marco għall-Oppożizzjoni.


Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami espriema s-solidarjetà mal-poplu ta’ Iżrael u qal li dak li seħħ hu attakk terroristiku fil-qalba ta’ stat sovran. Dan att barbaru li jisħtoqqlu kundanna u m’hu bl-ebda mod skużabbli. Il-Ħamas wettaq krimini tal-gwerra f’Iżrael, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li xejn ma jiġġustifika l-attakki li saru fuq iċ-ċivili Iżraeljani.


Iżrael għandu dritt jiddefendi lill-poplu u li jieħu dawk il-miżuri biex jassigura li dak li seħħ ma jerġax iseħħ, sostna Beppe Fenech Adami, li qal li jifhem lil dan il-poplu li għadda minn uġiegħ kbir.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Ħamas huma grupp terroristiku u dak li wettqu ma jgħinx lill-kawża Palestinjana. Il-Ħamas m’humiex il-Palestinjani kollha, sostna Beppe Fench Adami, li qal li f’Gaza hemm popolazzjoni ta’ żewġ miljuni li għaddejjin minn terrur li huma wkoll vittmi tas-sitwazzjoni għax huma innoċenti.


Dawn qed jiffaċċjaw it-terrur bl-attkki ta’ Iżrael, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li bħalissa qed jinqatlu nies innoċenti.


Hu appella lil Iżrael biex jirrispetta dejjem il-liġijiet internazzjonali u ma jwettqux b’mod indiskriminat. Li jinqata’ l-ilma, l-ikel u l-mediċini lill-poplu Palestinjan f’Gaza mhux ġustifikat, sostna d-deputat

Nazzjonalista, li qal li hu obbligu ta’ kulħadd li jinħolqu kurituri umanitarji għall-poplu innoċenti Palestinja.
B’mod immedjat għandhom jinħelksu l-ostaġġi kollha f’Gaza, sostna Fenech Adami, li appella biex Malta tibqa’ tagħti s-sostenn tagħha biex tinstab soluzzjoni f’dan ir-reġjun. Il-PN jaqbel mal-ħolqien ta’ żewġ stati; dak Palestinjan u dak Iżraeljan ħdejn xulxin li jistgħu jikkollaboraw flimkien.


Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kien ċar fil-pożizzjoni tiegħu fejn ikkundanna l-attakki barbari tal-Ħamas f’Iżrael.


Hu sostna li Malta tesprimi s-solidarjetà mal-poplu Iżraeljan li għadda minn ħafna fl-istorja tiegħu u appella biex l-ostaġġi fl-ammont ta’ 199 persuna għandhom jinħelsu. Waħda minn dawn il-persuni għandha ċittadini Amerikana/Maltija. Id-dinja qed tiffaċċja kriżi umanitarji f’Gaza fejn hemm diffikultajiet kbar fis-settur mediku minħabba n-nuqqas ta’ servizzi bażiċi, sostna Mario de Marco.


Jirriżulta li l-Malti mhux ostaġġ iżda l-uniku Malti li bħalissa qed jitlob l-għajnuna biex ikun jista’ jinħareġ minn Gaza.