Lokali Parlament

L-isptar tal-annimali għalaq għax il-kuntratt li għamel gvern Laburista fl-2016 mhux vijabbli u għax mar id-dawl

Il-qattusa wara li ġiet salvata, qabel ittieħdet l-isptar tal-annimali


Il-Ministru għad-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo kkonferma fil-parlament li l-isptar tal-annimali għalaq minħabba raġunijiet ta’ qtugħ ta’ dawn u għax il-kuntratt li kein għamel gvern Laburista fl-2016/17 “mhux vijabbli”.


Il-Ministru Refalo kien qed iwieġeb mistoqsijiet parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti li staqsiet għaliex l-isptar tal-annimali APH jinsab magħluq u issa s’sitwazzjoni hi li m’hawnx fejn jittieħdu l-annimali li jkollhom bżonn trattrament mediku bil-lejl u fil-festi pubbliku.


Il-Ministru Refalo qal li l-Isptar tal-Anniali hu sptar tal-rivat li għalaq minħabba raġunijiet ta’ elettriku. Dan l-isptar ma jistax jaħdem għax hemm ħafna obbligi fil-kuntratt minħabba li l-operatur ma jistax jaħdem minħabba s-servizzi li jrid jagħti lill-gvern.


Hu qal li l-gvern kien ipprova jirranġa dan il-kuntratt u sostna li dan hu l-uniku sptar f’Għawdex. Dan il-kuntratt irid isir vijabbli inkella ma jistax jibqa’ miftuħ, sostna l-Ministru Anton Refalo, li kompla li l-gvern ma jemminx bil-forza.


Mistoqsi mid-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo dwar l-iscanners tal-pitkalija u għaliex dawn m’humiex jaħdmu, il-Ministru Refalo ma kienx jaf u talab lid-deputat Nazzjonalista jagħmillu mistoqsija bil-miktub.
Janice Chetcuti irrimarkat li l-kuntratt li qe djirreferi għalih il-Mnistru Refalo kien sar fl-2016/17 taħt il-gvern Laburista. Hi staqsiet kif il-qtugħ tad-dawl għandu x’jaqsam mal-prezzijiet li kienu qed jinżammu.
Il-Ministru Refalo qal li hemm ilment mal-kumpanija tal-assigurazzjoni u l-gvern qed jiprpova jerġa’ jiftaħ dan l-isptar.