Mill-inqas żewġ persuni mietu fil-post wara sparaturi li seħħew fi Brussell għall-ħabta tat-7 pm wara li raġel qabad jispara fuq in-nies.
F’filmati li qed jinxterdu fuq il-midja soċjali jidher raġel jinżel minn fuq scooter fiz-zona ta’ Boulevard d’Ypres u jaqbad jispara b’arma tan-nar għal fuq in-nies. Il-mumenti li n-nies semgħu t-tiri, huma bdew jaħarbu u jfittxu kenn. Madanakollu, l-agressur ġera wara n-nies u qatilhom saħansitra fuq ġewwa ta’ bini.
Bħalissa għaddejja tfittxija għall-agressur, allegatament Abdesalem Al Guilani, wara li ħarab mill-post.
F’filmat li tella’ fuq Facebook tiegħu stess, l-allegat agressur qal li hu jifforma parti mill-ISIS.
Dan kien id-diskors tal-allegat agressur fil-filmat:
“Islamic greeting Allahu Akbar. My name is Abdesalem Al Guilani and I am a fighter for Allah. I am from the Islamic State. We love who loves us and we hate who hates us. We live for our religion and we die for our religion. Alhamdulah. Your brother took revenge in the name of Muslims. I have killed 3 Swedes so far Al hamdoulelah. 3 Swedish, yes. Those to whom I have done something wrong, may they forgive me. And I forgive everyone. Salam Aleykoum.”
Fil-ħin tal-attakk allegatament instema’ jgħajjat “Allahu akbar”. Għad mhux magħruf il-mottiv wara dan l-attakk.
Jidher li wħud mill-vittmi huma Żvediżi u kienu fi Brussell għal-logħba ta’ Żvezja kontra Belġjum li kienet skedata għal-lejla stess għall-Euro2024. Il-logħba ġiet sospiża f’nofs il-partita, bin-nies inżammu fuq ġewwa tal-istadium King Bauduin għal xi ħin għas-sigurtà tagħom.