Fil-konferneza ta’ lejliet il-partita ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2024 bejn Malta u Ukrajna, il-kowċ tat-tim nazzjonali Ukren, Serhiy Rebrov kien akkumpanjat mill-plejer Oleksander Karaviev.
Rebrov beda billi jikkumenta fuq il-plejers neqsien għall-konfront, bil-plejer kruċjali Ruslan Malinovskyi jkun skwalifikat għal din il-partita, kif ukoll id-difensur Denis Popov li għadu qiegħed jirkupra minn injury. Huwa kkonkluda billi jgħid li jifhem li l-partita t’għada mhux se tkun faċli.
Il-kowċ Ukren stqarr li l-ewwel partita kontra l-Maltin kienet waħda diffiċli, u faħħar ħafna l-prestazzjoni tal-Maltin.
Il-plejer Karaviev qal li l-partita kontra l-Maċedonja ta’ fuq kienet ta’ prova tajba għal għada, u kompla jżid li l-plejers lestew mentalment u fiżikament f’dawn il-jumejn.
//= $special ?>