Internazzjonali

AĠĠORNATA (2): Jinqatel l-aggressur li qatel tnejn fi Brussell wara li sparawlu l-Pulizija f’kafeterija

Rapporti kunflinġenti fil-media internazzjonali dwar l-aggressur involut fil-qtil li seħħ ilbieraħ fi Brussell hekk kif issa qed jingħad li r-raġel Tuneżin inqatel mill-Pulizija. Hu kellu 43 sena.

Fil-fatt, jidher li l-Pulizija sparaw fuq raġel li kien f’kafetterija, u dan ir-raġel possibilment huwa l-istess aggressur li wettaq l-att attroċi tat-Tnejn filgħaxija.

L-istazzjon VRT qed jgħid li l-Pulizija elevaw arma, li hija l-istess bħall-arma użata fl-isparatura li fiha inqatlu żewġ Żvediżi fil-qalba tal-kapitali Belġjana. Bħalissa għaddejja wkoll tfittxija għal żewġ suspettati oħrajn.

AKTAR KMIENI

Żewġ Żvediżi nqatlu fi sparatura wara li dawn marru fi Brussell biex jaraw il-logħba internazzjonali bejn il-Belġju u l-Iżvezja għall-kwalifikazzjoni għall-finali tal-Eruo 2024.

Għalkemm id-dettalji huma xi ftit konfużi. ir-rapporti qalu li l-aggressur – li ħarab minn fuq il-post – assuma responsabbiltà għan-nom tal-ISIS permezz ta’ video. L-aggressur, li kien qed jitkellem bl-Għarbi, wassal messaġġ li l-azzjoni saret ‘f’isem Allah’ – bil-logħba internazzjonali tispiċċa abbandunata u bil-pulizija qed jitrattaw il-każ bħala wieħed terroristiku.

Il-Gvern Belġjan ikkonferma ftit ilu li l-vittmi huma Żvediżi, bi Brussell iżid il-livell dwar allert għall-massimu possibbli.

Filwaqt li r-raġel fuq il-video sostna li, fil-fatt, kien ‘qatel tliet persuni’, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Federali fi Brussell ikkonferma li l-filmat in-inkwistjoni qed ikun analizzat mill-pulizija.

Dsan meta għaddejja investigazzjoni relatata mat-terroriżmu wara l-isparatura fatali fil-Boulevard d’Ypres tal-kapitali Belġjana.