Lokali

Sewwieq ta’ mutur ferut gravi wara ħabta f’Ħ’Attard

Sewwiq ta’ mutur spiċċaw ferut gravi wara inċident tat-traffiku fi Triq Tumas Chetcuti, f’Ħ’Attard.

Il-każ kien rappurtat lill-Pulizija fl-10pm, ftit wara li seħħet ħabta bejn BMW 320 misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti Tas-Sliema u mutur Kymco Agility misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti Ħ’Attard.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 30 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin