Mil-lum, it-tilqim tal-influwenza staġjonali u l-booster tal-Covid għas-sena 2023/2024 issa huma disponibbli għall-adulti, mingħajr ħlas miċ-ċentri tas-saħħa kollha u mill-kliniċi tal-komunità skedati, mingħajr il-bżonn t’appuntament. Iċ-ċentri tas-saħħa se jkunu qed jipprovdu dan is-servizz mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-10:00am sas7:00pm.
Is-Sibt 28 ta’ Ottubru u l-Ħadd 29 ta’ Ottubru 2023, tfal minn 6 xhur sa 5 snin u tfal li jbatu minn mard kroniku se jkunu eliġibbli għat-tilqim mill-kliniċi nazzjonali ta’ immunizzazzjoni (NIS) fil-Mosta, Raħal Ġdid, il-Furjana u x-Xewkija, Għawdex. Il-ġenituri li jakkumpanjaw lil uliedhom ukoll se jingħataw l-opportunità li jirċievu ttilqima huma wkoll. Il-kliniċi kollha tal-NIS se joperaw mit-8:00am sas-7:00pm.
It-tfal u adolexxenti sa 17-il sena mbagħad jiġu offruti l-vaċċin, jew spray nażali, fuq 3 weekends li jibdew mill4 ta’ Novembru u jispiċċaw il-Ħadd 19 ta’ Novembru mill-kliniċi nazzjonali tal-immunizzazzjoni fil-Mosta, Raħal Ġdid, il-Furjana u x-Xewkija, Għawdex. Il-kliniċi kollha tal-NIS se joperaw mit-8:00am sas-7:00pm. Wara l-20 ta’ Novembru, it-tfal kollha minn 6 xhur sa 17-il sena se jitlaqqmu mill-kliniċi regolari kollha tal-NIS mit8:00am sas-1:00pm, skont il-ħinijiet regolari tal-ftuħ/operat tagħhom.
Il-vaċċin tal-Covid jista’ jingħata fl-istess jum tal-vaċċini tal-influwenza jew kwalunkwe jum qabel jew wara lvaċċin tal-influwenza, fil-pazjenti kollha ħlief dawk li qatt ma ħadu vaċċin tal-Covid qabel. Dawn tal-aħħar huwa rrakkomandat intervall ta’ ġimagħtejn bejn id-dożi tal-vaċċin tal-influwenza u l-vaċċin tal-Covid.
Individwi li rriżultaw pożittivi għal COVID-19, jistgħu jirċievu l-vaċċin tal-COVID-19 mill-inqas 4 ġimgħat
wara li jkunu ttestjaw pożittivi.
Il-klijenti kollha li jattendu għat-tilqim għandhom jieħdu d-dokumenti li ġejjin:
- Karta tal-identità;
- Karta tat-Tilqim tal-Covid-19 (jekk qed tieħu l-vaċċin tal-Covid);
- Maskra;
- Ktieb tat-trabi (jekk il-klijent huwa tifel/tifla).
Għall-aġġornamenti regolari u informazzjoni dwar l-iskeda tat-tilqim żur il-paġna ta’ Facebook tad-Direttorat talPromozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard.