Lokali Parlament

18,020 sejħa fuq is-support line mill-2022


Mill-2022 kien hemm 18,020 sejħa għal għajnuna fuq divesi każi soċjali u ta’ natrua urġenti fuq is-support line 179.


Dan jirriżulta minn tweġiba parlamentari li ta l-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal jgħid kemm kien in-numru totali ta’ telefonati ġenwini fuq is-support line 179 mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.


Il-Ministru Falzon wieġeb li t-total ta’ sejħiet ġenwini li daħlu matul il-perjodu Jannar – Diċembru tal-2022 kien ta’ 12,515-il sejħa li minnhom kien 109 sejħa ta’ aggressjoni vjolenti, 128 sejħa ta’ abbuż emozzjonali fuq it-tfal, 197 sejħa ta’ vjolenza fiżika fuq tfal, 160 każ ta’ abbandun ta’ tfal, 297 sejħa ta’ vjolenza domestika fuq livell emozzjonali, 136 sejħa fuq drogi, 252 sejħa għal ħtiġijiet tal-anzjani, 3636 sejħa dwar solitudni, 1353 sejħa dwar każi mentali u 507 sejħa dwar persuni bla dar.


It-total ta’ sejħiet ġenwini li daħlu matul il-perjodu Jannar – Ġunju tal-2023 kien ta’ 5,505 sejħiet li nkludew 44 sejħa ta’ aggressjoni vjolenti, 40 sejħa ta’ abbuż emozzjonali fuq it-tfal, 69 każ ta’ abbandun ta’ tfal, 118 sejħa ta’ vjolenza domestika fuq livell emozzjonali, 101 sejħa fuq vjolenza fiżika, 71 sejħda fuq drogi, 106 sejħa għal ħtiġijiet tal-anzjani, 1758 sejħa dwar solitudni, 663 sejħa dwar każi mentali u 335 sejħa dwar persuni bla dar.


F’kull shift ikun hemm tliet impjegati jirċievu t-telefonati;