Fis-siegħat kmieni ta’ Tlieta filgħodu nies kif ukoll sewwieqa li kienu ħerġin mill-inħawi tal-Belt setgħu jaraw att ta’ vandaliżmu ma Bieb il-Bombi.
Il-Kliem I love you Dali kien miktub, waqt li mal faċċatta tan-nofs ta’ bieb il-Bombi kien hemm ukoll graffitti ta’ qalb.

Il-pulizija flimkien ma membri tal-forensika marru fuq il-post kmieni filgħodu għal ħabta tas-07:30, biex jinvestigaw x’ kien ġara. U waqt li din mhux l-ewwel darba li sar att ta’ vandaliżmu fuq Bieb il-Bombi, dawn l-atti kienu naqsu sew meta kien hemm kamera tas-sigurta li kienet turi il-faċċatta ta’ dan il-bieb storiku.
Sfortunatament din il-kamera tas-sigurta ma kienetx għada taħdem f’dawn l-aħħar xhur wara li għal xi raġunijiet din kienet tneħħiet, mingħajr ħadd ma jaf għaliex. U propju din kienet l-opportunità sabiex iseħħ attakk ieħor ta’ vandaliżmu.

F’post fuq il-paġna uffiċjali tiegħu ta Facebook, James Aaron Ellul il-Minortiy Leader tal-Floriana qal li ilu jappella f’kull laqgħa tal-Kunsill sabiex mill-ġdid titwaħħal kamera wara Bieb il-Bombi.

Hu żied jgħid ukoll li talbiet tiegħu baqgħu qatt ma ġew imwieġba, u għal darboħra spiċċajna bl-awtorità ma trid terfa’ l-ebda responsabiltà. James Aaron Ellul temm jgħid li l-Kunsilliera jeħtieġ li jkunu smati u l-Kunsilli jeħtieġ li jingħataw widen.
